L-MEPs Maltin iressqu proposti biex jonqos il-piż tal-ETS fuq Malta

newsbook.com.mt · world
Full story

Żewġ MEPs Maltin ressqu proposti biex jonqos il-piż tas-Sistema tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet (ETS) fuq Malta. It-tnejn li huma ħarġu bl-argument li gżira bħal Malta tidddependi għal kollox fuq it-titjiriet u l-vjaġġi bid-dgħajjes, u għalhekk ma tkunx fi pożizzjoni li tqabbel ruħha ma' pajjiżi kontinentali. “Il-miri ambjentali jridu jimxu id f'id ma' konnettività affidabbli u aċċessibbli,” qalu ż-żewġ parlamentari. L-ETS twessa' fis-snin li għaddew lejn l-avjazzjoni u t-trasport tal-baħar, u għal pajjiż gżejjer hekk ifisser spiża addizzjonali fuq kull titjira u kull passaġġ. Għal gżejjer periferji, din l-ispiża tikber ma' kull servizz li jżomm il-pajjiż konness mal-bqija tal-Ewropa. Il-messaġġ tagħhom hu li l-għanijiet tal-klima ma għandhomx jgħawġu l-prezz tat-trasport fuq in-nies li ma jistgħux jagħżlu alternattiva oħra. Il-proposti issa se jidħlu fil-proċess ta' negozjazzjoni u l-votazzjonijiet fil-Parlament Ewropew.

“Il-miri ambjentali jridu jimxu id f’id ma’ konnettività affidabbli u aċċessibbli,” qalu ż-żewġ MEPs. The post L-MEPs Maltin iressqu proposti biex jonqos il-piż tal-ETS fuq Malta appeared first on Newsbook .

Read full article →